Id-dritt tiegħek li tappella
Skopri kif tappella kontra deċiżjoni relatata mal-awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar tal-ETIAS jew id-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta tiegħek.
Jekk l-applikazzjoni tiegħek għal awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar tal-ETIAS tiġi rrifjutata, jew jekk l-awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar tal-ETIAS tiegħek tiġi revokata jew annullata, tirċievi email li tindika r-raġunijiet għaċ-ċaħda u l-awtorità li ħadet id-deċiżjoni.
Għandek id-dritt li tappella. L-email se tinkludi informazzjoni dwar liema pajjiżi Ewropej għandek tappella u tiddeskrivi l-proċedura rilevanti. L-appelli jiġu ttrattati skont il-liġi nazzjonali ta’ dawk il-pajjiżi.
Jekk l-awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar tiegħek tiġi revokata fuq talba tiegħek, mhux possibbli li tappella kontra d-deċiżjoni.